Il-ħsarat fis-sistema jikkawżaw l-akbar interruzzjonijiet fis-servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi skont rapport ġdid tal-ENISA
L-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) llum tippubblika t-tielet rapport annwali dwar interruzzjonijiet fis-servizz fuq skala kbira fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika. Ir-Rapport Annwali dwar l-Inċidenti 2014 jipprovdi analiżi aggregata tal-inċidenti tas-sigurtà fl-2013 li kkawżaw interruzzjonijiet severi fis-servizz. Ħafna mill-inċidenti rrappurtati lir-regolaturi u lill-ENISA kienu jinvolvu konnessjonijiet tal-internet bil-